Friday, June 24, 2011

Ta hdejja gay

Qalulna l bierah fl-ahbarijiet li skond il-Kunsill ta’ l-Ewropa il-Maltin ma jiddequx li jkollhom xi hadd mill-girien li jkun gay. X’inhu? What? Hello. Din bis-serjeta? Din il-mistoqsija hija oxxena. X'jigifieri nistaqsu jekk hdejk taccetax li joqghod gay? X'jigifieri niftahru kemm ahna, madonfi, tolleranti li hdejna, iwa sinjuri hdejna, bieb ma bieb, jaf ikun hemm gay. X'kull wahda wkoll. Din id-domanda fiha riha ta kif certu istituzzjonijiet iharsu lejn il-gays. Ghax b’xi mod nifhmimha li xi hadd jistaqsi jekk jiddejjaqx li hdejh ikollu serial killer imma gay? Immagina kieku l mistoqsija kienet ‘Inti tiddejjaq jekk hdejk ikun joqghod xi hadd b' ghajnejh blu?’  Madonakollu anke jekk tiddejjaq, ahjar ghalik, itlaq, biddel id-dar. Imma oqghod attent ghal zewg affarijiet:

  1. Aktarx jekk tiddejjaq int gay u ghadek jew ma ndunajtx jew ma tridtx tammetti mieghek innifsek
  2. Attent ghax jaf il-gay ma jkunx hdejk imma jkun fid-dar tieghek. Kemm naf genituri li jitkellmu fuq l inkwiet taghhom li binhom qed jaghmilha ma wiehed gay bla ma jintebhu li binhom gay u dak il-boyfriend.

Interessanti illum Obama fahhar l-istat ta’ New York li qed jidibatti biex jillegizla biex idahhal IZ-ZWIEG bejn l-omosseswali. Hawn Malta hafna nies progressivi li jitkazaw bil-Knsija jew b'Eddie Fenech Adami ghax tkellmu kontra d-divorzju issa huma stess ma jaqblux maz-zwieg tal-gays. Min ma jaqbilx maz-zwieg tal-gays huwa konservattiv u konfessjonali daqs min ma jaqbikx mad-divorzju. Anzi huwa wkoll diskriminatorju u inkonistenti.

Mela sewwa lil min ghandu c-cans jizzewweg darba issa se naghtuh ic-cans jizzewweg anke 10 darbiet u lil min ihobb ragel jew mara ta’ l-istess sess l-anqas darba m' ahna lesti nhalluh jizzewweg.

Sewwa ghamel siehbi gay li vvota kontra d-divorzju.

Thursday, June 23, 2011

Kieku missieri ittortura lil star ma nirrapurtahx.....

Li kont niddeciedi jien l-isem tal-persuna misjuba hatja li ttortura lil Star ma kontx insemmih. Nista nkun naf x'hadna ghax sirna nafu min hu? Se tonqos il-mohqrija ghax issa qtajna l kurzita taghna li insiru nafu kif inhu wiccu, minn fejn hu, min hi l familja tieghu, ta min jghidulu u l bqija? Jista xi hadd jghidli x’hadna. Hlief hloqna izjed tbatija fuq il-familja tieghu. L-argument tad-difiza kien jaghmel sens. Ghaliex  insemmu ismu meta se tbati l familja? Nifhmu jew ma nifhmux li mal-persuna hatja tehel il-famlja bla htija?

Nafu kemm hemm tfal ta’ persuni l habs li jghaddu minn persekuzzjoni l-iskola. “Int missierek il-habs? X’ghamel missierek biex wehel il-habs? Meta tmur fejn missierek tarah wara kancell? Gieli dhalt fic-cella ta missierek?” Ghal ftit minuti ipprova erga sir tifel jew tifla, immagina li missierek qieghed il-habs u ahseb kif twiegeb. L-aktar haga li xxokjatni  f'dan kollu kienet ir-raguni ghala isem il-persuna ghandha tinxtered mad-dinja. Veru li l-familja se tehel mieghu izda l familja kienet taf u missha marret ghand il-pulizija. X inhu? Smajt sew? X’qed nghidu hawn? Li tifel jew tifla ghandhom imorru l-ghassa jixfu lil missierhom? Din ta veru? Bis-serjeta? Titwemmen? Inheggu lit-tfal jispjunaw fuq il genituri taghhom? U nhedduhom li jekk ma jaghmlux hekk nimmarkawhom ghal ghomorhom fil-pubbliku?

Kieku missieri, ommi, ibni jkun wettaq att kriminali, ma mmurx nirrapurtah lil pulizija. Niehu l-passi biex ma jehel hadd minfloku. Niehu passi biex jiehu l kura socjali li jkun hemm bzonn. Izda nirrapurtah lil pulizija biex jispicca l-habs le. U ghalkemm se jkun hemm hafna genituri jghidu li jkunu lesti jirrapurtaw il uliedhom, meta tasal ma jaghmluiex. Naf x'qed nghid. Din bhal tal-lotterija. Nghid ma kulhadd li jekk nirbah is-superfive naghti nofshom lil fqar. Nirbah. U mhux talli inzomm kollox ghalija talli ninvesti biex nirduppjhom.....



Peppi

Tuesday, June 21, 2011

Sentenza Star

Ma nifhimx ghala l-bidwi li ammetta li qatel lil Star spicca il-habs.




Ikun hawn tant persuni li jehlu sentenza sospiza, lil dan se nwaddbuh il habs?
Tghid il gustizzja wiegbet ghal ghajta tan-nies li whud minnhom xtaqu li naghmlulu dak li ghamel lil Star. Issa il-bidwi imur 3 xhur habs, jimtela b rabja iktar milli diga ghandu biex wettaq delitt fahxi bhal dak, johrog u x'jigri?



Mhux ahjar fis-sentenza kien hemm ta l'anqas l'appell li dan jinghata kura socjali ghal dak li ghamel?


Mhux ahjar il-bidwi intbghat jaghmel xoghol ma’ ghaqdiet ta’ l-annimali biex jifhem in-naha l-ohra ta’ l-imhabba lejn l-annimali.


Mhux ahjar il-Qorti irtirat il-licenzji ta l erba armi tan nar li intqal li ghandu il-bidwi? U mhux ahjar hadulu l armi. Fullstop.


NB. Jien ma ghandi xejn kontra dawk li jieklu l-laham u mhux se nindahlilhom. Izda please, please, please , tkunux ipokriti u tibqghu ixerdu d-dmugh ghal Star ghax fuq il-platt laham li kilt jew se tiekol hemm mohbija krudelta li ma ssibx postha fuq il-front page tat-Times. 





Peppi

Star





Bongu.






Illum aktarx iressqu lill-bidwi li allegatament ittortura u kwazi qatel lil Star il-kelba. Ara s-show li se jaghmlu bih dalghodu. Il-fotografi u l-cameras se jkunu hemm. Jixxadinjaw biex imqar igibu bicca minn geddumu mghotti bil-glekk. Nghidlek dalghodu anke n-nies li jhobbu l-annimali se jingabru hemm. U kieku jigi f'idejhom, kif qalu fil-Facebook, jaghmlulu bhal ma ghamel hu lil Star. Jekk jigi f'idejhom jidfnuh fit-tappiera ta' quddiem Cordina.

Izda dan il-bidwi dalghodu ma jkunx instab hati. Naghmlu show bl-innocenti. X'nitnejjku.

L-aqwa li nizvogaw kif il-bidwi aktarx zvoga fi Star.

U wara mmorru sal-isteakhouse nieklu bicca barri wara li sparawlu bullet f'rasu.




Kien hawn min qed jigbor biex jaghti l-flus lil min jikxef lill-hati. Jekk kif qed jinghad, il-bidwi mar jikxef lilu innifsu, il-flus se naghtuhom lilu?









Peppi




PS: Jekk ghandkom xi kummenti jew mistoqsijiet, halluhom hawn taht. Dan il-blog se jiehu l-forma ta' intervista lil Peppi Azzopardi mill-mistoqsijiet li se tkunu ghamiltu inthom stess.


Grazzi.