Friday, June 24, 2011

Ta hdejja gay

Qalulna l bierah fl-ahbarijiet li skond il-Kunsill ta’ l-Ewropa il-Maltin ma jiddequx li jkollhom xi hadd mill-girien li jkun gay. X’inhu? What? Hello. Din bis-serjeta? Din il-mistoqsija hija oxxena. X'jigifieri nistaqsu jekk hdejk taccetax li joqghod gay? X'jigifieri niftahru kemm ahna, madonfi, tolleranti li hdejna, iwa sinjuri hdejna, bieb ma bieb, jaf ikun hemm gay. X'kull wahda wkoll. Din id-domanda fiha riha ta kif certu istituzzjonijiet iharsu lejn il-gays. Ghax b’xi mod nifhmimha li xi hadd jistaqsi jekk jiddejjaqx li hdejh ikollu serial killer imma gay? Immagina kieku l mistoqsija kienet ‘Inti tiddejjaq jekk hdejk ikun joqghod xi hadd b' ghajnejh blu?’  Madonakollu anke jekk tiddejjaq, ahjar ghalik, itlaq, biddel id-dar. Imma oqghod attent ghal zewg affarijiet:

  1. Aktarx jekk tiddejjaq int gay u ghadek jew ma ndunajtx jew ma tridtx tammetti mieghek innifsek
  2. Attent ghax jaf il-gay ma jkunx hdejk imma jkun fid-dar tieghek. Kemm naf genituri li jitkellmu fuq l inkwiet taghhom li binhom qed jaghmilha ma wiehed gay bla ma jintebhu li binhom gay u dak il-boyfriend.

Interessanti illum Obama fahhar l-istat ta’ New York li qed jidibatti biex jillegizla biex idahhal IZ-ZWIEG bejn l-omosseswali. Hawn Malta hafna nies progressivi li jitkazaw bil-Knsija jew b'Eddie Fenech Adami ghax tkellmu kontra d-divorzju issa huma stess ma jaqblux maz-zwieg tal-gays. Min ma jaqbilx maz-zwieg tal-gays huwa konservattiv u konfessjonali daqs min ma jaqbikx mad-divorzju. Anzi huwa wkoll diskriminatorju u inkonistenti.

Mela sewwa lil min ghandu c-cans jizzewweg darba issa se naghtuh ic-cans jizzewweg anke 10 darbiet u lil min ihobb ragel jew mara ta’ l-istess sess l-anqas darba m' ahna lesti nhalluh jizzewweg.

Sewwa ghamel siehbi gay li vvota kontra d-divorzju.

2 comments:

  1. Feel free to share this blog and leave any comments or questions which can be addressed in future posts here.

    thanks

    ReplyDelete
  2. l-ahhar arguement tieghek kien vag, x jigifieri jekk jien favur id-divorzju skond peppi irrid inkun favur zwieg tal-istess sessi, addozzjoni ta koppji gays ecc. hija kwistjoni ta opinjoni! haga li hawn Malta ma tantx tigi ikkonsidrata. mela sewwa habib tieghek ghamel sew ivota kontra divorzju, imma nies ohra ma jisthgux ikunu favur divorzju u kontra zweig bejn omosesswali. Pep kun konsistenti!!

    ReplyDelete