Wednesday, July 20, 2011

Censura

“NIGGILEDU L-ARGUEMNTI IMMA MHUX LIL XULXIN”

Ic-censura ma niflahiex. Din li xi hadd jigi jghidli x nista u ma nistax nara ittini gewwa wisq. U bhat-tfal naghmel jien, kif jghiduli li haga ma nistax naraha, iktar nithajjar, jekk xejn biex nara ghala mhux ihalluni naraha.

Imma dan ma jfissirx li jien u haddiehor nistghu naraw jew niktbu dak li jfettlilna f isem il-liberta ta’ l-espressjoni. Il-kummenti li qrajt illum f’gazzetti li ntqalu fuq l Internet dwar Jeffrey Pullicino Orlando u Jesmond Mughliette mhux accettabbli. Oxxenitajiet li jmissna nisthu li biss xi hadd jahsbihom ahseb u ara li jiktibhom. L-istess jista jinghad ghal  kummenti li saru fuq Cyrus Engerer. F’gieh Alla nistghhu ma naqblux, nistghu inkunu agressivi fl-argumenti izda li nheddu, li nwegghu lil persuni, lil familji taghhom, dik le.

F’Xarabank kellna persuna li ghax iccajtat bil-Papa fuq l Internet spiccat wehlet il-habs. Issa hdejn il-kummenti li qrajt f’dawn l ahhar gimghat, il kummenti fuq il-Papa kienu frivoli. Alura ma nistax nifhem kif il-Puliziija ma tiehux passi biex dawn jiefqu. Ma naqbilx li nies bhal dawn jispiccaw il-habs izda naqbel li jitwaqfqu u li jinghataw l-attenzzjoni biex jgharfu ir-rabbja li ghandhom tbaqbaq go fihom.

Jien ma nafx jekk il-persuni pubblici li semmejt hawn fuq ghamlux rapport lil Pulizija. Imma anke jekk ma ghamlux, dawn il-kummenti u theddid huma pubblici, u ma narax ghala ma jittiehdux passi dwarhom. Biex jiefqu. Ma nahsibx li l-Papa mar jaghmel rapport l-ghassa tal-Furjana biex iz-zaghzugh spicca wehel il-habs….

No comments:

Post a Comment