Friday, July 8, 2011

Il-gazzetta li tikxef sorm kulhadd spiccat b’sorma barra

Kieku gimgha biss ilu xi hadd kien jghid, imqar minn taht l-ilsien, li n-‘News of The World’ se taghlaq, kienu jghidu li ghandu bzonn kura immedjata. Ma titwemminx. Wahda mill-iktar gazzetti popolari fid-dinja, il-gazetta li kienet tikxef sorm kulhadd, issa spiccat b’sorma barra quddiem id-dinja kollha u se jkollha taghlaq. Qed jinghad li din il-gazzetta kienet tissemma telefonati ta’ personalitajiet, ta’ politici, ta’ persuni involuti fi tragedji u anke ta’ qraba ta’ persuni li tilfu hajjithom fil-gwerra.

Illum hafna qed imorru lura u jiflu l-istejjer tan-‘News of the World’ u jintebhu li l-istejjer il-kbar, uhud verament personali, kienu gejjin minn recordings bil-mohbi ta’ telefonati tan-nies. Invazjoni totali fil-hajja privata li wasslet lin-‘News of the World’ biex taghlaq. Gazzetta li ilha ghaddejja 168 sena se taghlaq f’jumejn. Minn din l-istorja, ahna l-gurnalisti ghadna xi lezzjoni jew tnejn x’nitghallmu…

Kbar kemm nahsbu li ahna kbar, popolari kemm nahsbu li ahna popolari, nikxfu kemm nikxfu srum, fl-ahhar se ssib lil xi hadd li jikxiflek sormok. Allura l-qziez zejjed, id-dandin bil-poter li jaf jecitana bhala gurnalisti ghandu jkollu l-limitu tal-etika.

Veru li ahna fil-media ghadna certu poter imma finalment l-ikbar poter jibqa’ f’idejn in-nies. U mn’alla. Ghax ahna l-gurnalisti ma vvutalna u m’ghazilna hadd. Ghazilna lilna infusna u kkomunikajna. Imma l-poter tan-nies jibqa’ ikbar minn taghna, nahsbu x’nahsbu. La n-nies iddecidew li jibbojkotjaw lin-‘News of the World’, min jirreklama kellu jirtira r-reklami kollha, u l-gazzetta kellha taghlaq.

Sewwa qalu l-politici Inglizi. Xebghu tan-News of the World jistaqsuna u jgibulna li ghandna u li m’ghandniex. Xebghu jiehdu ritratti bil-mohbi u jirrekordjawna bla ma nkunu nafu. Issa jmiss lilhom li jwiegbu l-mistoqsijiet. Kif kienu jihhakjaw it-telefonati privati? Veru li kienu jxahhmu lil-pulizija Ingliza biex jghaddulhom l-istejjer?

Ahna il-gurnaisti kultant nilghabuha tal-vergni. Meta nikxfu xi storja nkunu qed nghidu li ahna ‘l fuq minn dawn l-istejjer. Kultant nahsbu li dak li jghodd ghal xi Ministru ma jghoddx ghalina. Nimmanginaw li kulhadd se jibza jgib xi haga fuqna ma mmorrux ahna ngibu fuqu.

Lili n-‘News of the World’ kienet tqazzizni ghax kienet gazzetta oxxena li taghmel monstri min-nies li jkunu wettqu xi att kriminali. Din il-gazzetta kienet tiggudika u tikkundanna lil kull min ikun akkuzat b’xi delitt. Tiddikjarah il-monstru tad-dinja. Iddendlu fil-pjazza ta’ gurnalizmu mahmug. Allura fraht li ghalqet u nifrah aktar li jaghlqu l-media KOLLHA fid-dinja li jimitawha.

No comments:

Post a Comment