Thursday, July 28, 2011

Hekk progressiv?

PROGRESSIV U MODERN IFISSER LI JKOLLOK IL-BAJD TGHID LI MISSIER CYRUS ENGERER MA GHANDUX JITRESSAQ IL-QORTI.

Il-Kap ta’ l-Opozizzjoni jitkaza kif illejkjat li Cyrus Engerer se jitressaq il-Qorti. U jrid investigazzjoni. Ipokrezija ghax l-istess One TV  f’kazijiet ohra gabu stejjer ta’ nies li kienu ghadhom l-anqas tressqu l-Qorti. Anzi naf nies li saru jafu li se jitressqu l-Qorti mill-One TV. U gabuhom bir-ritratti b’kollox fuq it-tv qabel ma biss tressqu.

Ipokrezija ghax kieku Cyrus Engerer kien kontra d-divorzju u kien ghadu mal-Partit Nazzjonalista bhalissa qed issir xalata bih u b’missieru fuq ONE TV.

Ipokrezija ghax l-istess ONE TV qed jikser l-etika kontinwament meta jgib ismijiet ta’ nies li jitressqu l-Qorti u jkunu ghadhom akkuzati u ma nstabux hatja. Skont l-etika li suppost jimxi biha il-ONE, u jiena hawn naf  sew x'qed nghid, dawn l-ismijiet suppost ma jidhrux ta’ l-anqas sakemm il-persuna ma tkunx instabet hatja.

Kieku hawn Malta inhaddnu il-politika gusta li HADD ma jisemma sakemm jinstab hati kieku la l-istorja tal-missier u lanqas ta’ l-iben ma kienet tissemma.

Progressiv  u modern tfisser li jkollok il-bajd  tghid li persuni vittmi tad-drogi ma ghandhomx jittressqu l-Qorti u jispiccaw il-Habs. Kif kellu l-kuragg jghid il-President ta’ Malta George Abela. Kif kellu l-kuragg jghid qablu l-President Guido Demarco. Dak tfisser li tkun progressiv u modern u mela li fl-2011 tkun favur id-divorzju.

Progressiv tfisser li jkollok kurragg tipproponi li storja bhal ta' Cyrus Engerer taqa jekk min irraporta qed jaghmilha cara li ma jridtx ikompliha. Din, m'ghandiex dubbju kienet storja ta ugiegh bejn koppja. Sakemm il-vittma, f’dan il-kaz l-ex mahbub ta’ Cyrus kien qed jinsisti mal-pulizija li jkompli bil-kaz, nifhimha izda issa li dawn regghu hbieb u dik issa storja tal-passat, ghala jergghu jaqilghuha? Ghala trid tibqa ghaddejja qisha is-socjeta trid tiehu l-bicca taghha meta is-socjeta ma gralha xejn f’dan il-kaz?

Naf. Se tghiduli din ex uffccio. Hekk tghid il-ligi. Imma skuzi il-ligijiet min jaghmilhom? Min jipproponihom? Ghalfejn qeghdin hemm il-partiti politici? Il-PN u l-MLP u l-Alternattiva ghandu jkollhom il-bajd li jipproponu tibdil fil-ligi.

3 comments:

  1. http://andrewazzopardi.wordpress.com/2011/07/26/cyrus-u-l-pastazati/

    ReplyDelete
  2. http://andrewazzopardi.wordpress.com/2011/07/26/cyrus-u-l-pastazati/

    ReplyDelete
  3. It's difficult enough for me to read Maltese and your stilted prose doesn't make it any easier. When I see such ugly inventions as "illejkjat " I just give up, whatever the merits of the argument.

    ReplyDelete