Monday, July 18, 2011

Cyrus Engerer simbolu ta' progressiv

CYRUS ENGERER jitlaq minn partit li l-Kap tieghu jivvota kontra d-divorzju u jinghaqad ma’ partit li l-kap tieghu ma jaqbilx maz-zwieg bejn l-omosseswali u ma jaccetax li koppji gays jaddotaw it-tfal.

Cyrus Enegerer  huwa telfa ghall-PN. Kont tkellimt fit-tul mieghu u sibtu bhala persuna intelligenti,  sinciera, u jbaqbaq biex ma jhallix lid-dinja kif hallewha ta’ qablu. Fejn jidhlu dritijiet civili naqbel ma’ Cyrus kwazi f’kollox. Cyrus telfa ghall-PN ghax il-PN ma jistax jghix u jibqa’ l-Partit tal-bidla jekk jibqa’ jitlef persuni validi bhal Cyrus.

Li ma nistax nifhem hu kif Cyrus Engerer hassu skomdu f’partit li l-Kap tieghu jivvota kontra d-divorzju u jhossu komdu f’partit li l-kap tieghu jiddikjara li:
a. Ma jaqbilx maz-zwieg bejn l-omosseswali;
b. Ma jaqbilx li l-gays ikunu jistghu jaddotaw it-tfal.

Dawn dikjarazzjonijiet progressivi? 
Ma tistax tkun favur id-divorzju, tiftahar li int liberali u progressiv u tkun kontra iz-zwieg bejn l-omosseswali. L-argument tal-kap tal-Opozizzjoni huwa li z-zwieg ghandu jibqa’ bejn ragel u mara. Ghala? Mela sewwa, biex indahhlu d-divorzju ghazilna li nbiddlu l-kuncett taz-zwieg u ma jibqax ghal dejjem.  Allura kif mhux lesti nkomplu nbiddlu l-kuncett taz-zwieg u nghidu li z-zwieg ma jibqax bejn mara u ragel, izda jsir bejn zewg persuni li jinhabbu?

U m’intix liberali jekk tghid li fil-ligi tal-koabitazzjoni se naraw li jkollhom id-drittijiet civili. Dan ghal gays bhal Cyrus Engerer huwa insult. U bir-ragun.

Lill-persuni li ma rnexxiex l-ewwel zwieg taghhom m’ghidnielhomx ha noffrulkom civil partnership  jew se nirrangawlkom bil-ligi tal-koabitazzjoni. Ghidnilhom, u bir-ragun, intom ghandkom id-dritt li tergghu tizzewgu. U li jekk ikun hemm bzonn  tizzewgu t-tieni u t-tielet u r-raba darba.  Allura bl-istess argument ghala lill-koppji gay m’aniex lesti li intuhom imqar l-ewwel cans li jizzewgu?

Li tghid li l-koppji gays m’ghandhomx jithallew jaddotaw it-tfal huwa insult ikbar. Ghaliex ma jistghux jaddotaw tfal?  Jien naf tfal li trabbew minn  koppji gays. Huma tfal li trabbew b’imhabba u b’ghozza kbira. Uhud minnhom kibru, huma etrosesswali , u illum qeghdin f’pozizzjonijiet ta’ rispett. Huwa il-paroli li l-gays m’ghandhomx jaddotaw it-tfal li jaghmel hsara lil dawn l-istess tfal. Huma dawn l-istess tfal li hekk kif jisimghu diskors bhal dan jibdew jistaqsu jekk huma hux suppost ghandhom problema. U hemm tinbet il-problema.

Li tkun progressiv ifisser li tinsisti fil-Parlament biex fl-iskejjel, minn eta’ zghira, it-tfal jibdew jitghallmu li l-imhabba mhux bilfors tkun bejn mara u ragel imma anke bejn zewgt irgiel jew zewg nisa. Li fl-iskejjel jinbiddlu l-kotba u fihom jinkludu stampi u stejjer ta’  koppji gay, persuni transesswali etc. B’hekk it-tfal jifhmu li hemm orjentazzjonijiet sesswali differenti. Biex hekk meta jhossu gibdiet differenti minn ta’ shabhom ma jghaddux minn trawmi bla bzonn.

L-idea li inti progressiv ghax favur id-divorzju tifqani bid-dahk. Evarist Bartolo mhux progressiv ghax ressaq il-ligi tad-divorzju. Dik kienet tkun progressiva kieku ghamilha 15-il sena ilu. Evarist Bartolo huwa progressiv ghax qed jipproponi ligi dwar il-persuni transesswali li tbiddel radikalment il-mod kif ikunu trattati f’pajjizna. Hija ligi li bil-pozizzjoni tal-mexxej tal-PL dwar il-gays, ghandha ssib rezistenza qawwija ghax hija radikali wisq.

Nittama li Cyrus Engerer ma jkunx biss simbolu komdu fil-vetrina ta’ Partit li, almenu sa issa, il-libsa ta’ progressiv ma tigihx, ma tixraqlux u mhux lest jippruvaha jekk is-surveys jibqghu jiddettawlu li tal-gays ghadha mhix ‘popolari’ bhal tad-divorzju. 

8 comments:

  1. Ghandek punt Peppi imma nighiduwa kif inhi - Cyrus ghandu hafna izjed cans li jikkonvinci lil Muscat milli lil Gonzi fuq din il bicca xoghol taz-zwieg bejn il gays, ghax Gonzi lanqas il vot tal maggoranza ma jikkonvincieh ahseb wara Cyrus wahdu!

    ReplyDelete
  2. Time is ticking Mr.Azzopardi

    ReplyDelete
  3. hemm varji tipi ta' liberali...inkluz int, li tghid li int liberali imma minhabba ragunijiet li taf int biss xbajt taghmilha tal-forcina tal-PN u tahdem ghallistatus quo...lanqas titwemmen li xi darba kont fl-alternattiva...l-i-storja li jghidu hija li l-flus ghamewk u n-nazzjonalisti tawk li ridt, x'ma tilghaqx... jaqq!

    ReplyDelete
  4. tik tok tik tok ...... anyway min andu dritt jideccidi ghal dawn it tfal biex jigu addotati min kopji gays?!!! u jekk dawn it tfal meta jikbru w jistaqsu min hu dan il-cowboy li ddecida f-ismimin hu resposabli? xi dritt ghandu dan il cowboy bix jakwisata xi haga tal flus (ghax wara kollox dan huwa tip ta buisness ukoll) jitfani ma kopja gay? min ha jkun jaf li dawn it tfal meta jikbru hux ha jkunux komdi moralment fi decizjoni li jkunu hadu f'isimhom? fl-opinjioni tieghi ma naqbilx le li tfal ikiunu addotati min kopji gays.li jistaw jaghmlu hu li jiltaqaw zewg kopji gays wahda feminili u l ohra maskili u jirangaw bejnithom biex ikkollom tfal bijologikament min tahom u b'hekk ikunu uliedhom u demmom.U li kopja gay tizzeweg m'ghandi xejn kontra ghandom id dritt kollu imma li jaddotaw tfal mhux bijologiment tahom sorry ma naqbilx,HADD M'GHANDU DRITT JIDECCIDI GHAL DIK IT-TARBIJA BIEX TKUN ADDOTATA MIN KOPJA GAY,IT- TFAL JITWIELDU MIN MARA W RAGEL U JKUNU ADDOTATI MIN MARA W RAGEL

    ReplyDelete
  5. Xi zball ghandek siehbi attivist.
    1. Jien naghmel il programmi ghax kapaci u la ghandi bzonn lil gonzi u l anqas lil muscat. Tahseb li ghamilt l ewwel programm satiriku f malta jigiefiri ahna jew m ahniex ghax ghamilli pjacir xi hadd? Ghamilt programmi tat tfal, biografiji u kollha hadna awards fuq il. Kwalita. Xarabank ilu ghaddej 14 il sena. Ghala jarawh xarabank in nies? Ghax jghidilhom Gonzi jew?
    Din hija l mentalita miskina li kull min jirnexxi, mhux fi flus ghax f dak siehbi ma rnexxejtx jien, imma fit television, ifisser li jkun ghenu xi hadd. X fiducja miskina ghandek siehbi tan nies f Malta.
    Taf x naf nghid siehbi li b xarabank hloqna spazju biex in nies jitkellmu. Dik celebrazzjoni tad demokrazija. Jitkellmu fl iktar prigramm segwit.

    Issa jien ghandi misoqsija wahda. B mod specifiku tista please tghidli fejn kont laqghqi tal gvern nazzjonalista? Imma kun specifiku ghax int mid dehra taf....

    Insellimlek u grazzi li qrajt il blog tieghi

    Peppi

    ReplyDelete
  6. Peppi,

    Konvenjentement qed tikkwota fejn jaqbillek.

    Mela ha naghmlu ftit l-affarijiet cari.

    1. Ktibt qisu Gonzi kontra d-divorzju imma favur iz-zwieg omosesswali jew li koppja omosesswali taddotta. Qarraqt fil-kitba tieghek - inheggek tistaqsihom lill-PM dawn il-mistoqsijiet. Ha nghidielek cara - minghajr ma tkun ghamiltlu mock qabel!

    2. Konvenjentement insejt li Joseph Muscat semma huwa favur civil partnerships ghal koppji omosesswali. Staqsi lil Gonzi huwiex lest li jaghtihom id-dritt ghal civil partnership ghal koppji gay?

    3. Jekk taghmel identikit politiku lil Cyrus Engerer imbaghad tqabblu ma' ta' Muscat u Gonzi, tirrealizza car u tond li Cyrus u Muscat jaqblu hafna iktar.

    Imma nsomma, ghal persuna li jiddefendi lil Gonzi anke wara l-vot tal-gimgha l-ohra, imbaghad jilghabha tal-indipendenti - allura ma hemmx x'nikkonvinci.

    Inselli ghalik.

    ReplyDelete
  7. Pierre Portelli (mhux tan-NET TV)July 19, 2011 at 3:39 PM

    Peppi, dan l-artiklu tajjeb wisq, jiena niskanta kif Cyrus ma qabadx u mar ma l'aternattiva ? Jekk jikkonsidra ruhu bhala politikant liberali !
    Ghalfejn dan l'ghagir? X'hemm mohbi f'dan it-taqlib ta' principji jew interess?
    Cyrus kien jaf x'inhuma l-principji u l-morali tal-PN allura jekk kien gay minn dejjem ghalfejn ghazel biex jissieheb mal-PN?
    Ghalfejn fl-ahhar seduta tal-kunsill generali tal-PN, Cyrus tkellem kif il-PL m'huwiex partit miftuh ghall-idejat godda u attakka lit-tmexxija tal-PL?

    Jiena nahseb li sfortunatament wasalna fi stadju f'dan il-pajjiz li bniedem jisfen skont iz-zifna tal-poter ! La jaf li l-PL ghandu cans jirbah l-elezzjoni li jmiss ha jiehu cans maghhom, pero Cyrus, ser jarrghalek jekk ha tahseb li l-PL ser itik xi ministeru jew, post prominenti f'xi dipartiment tal-gvern, jew inkella peress li tahdem mal-gvern iddecidejt li tassigura xogholok ghal-5 snin ohra.

    il-paci maghkom

    ReplyDelete
  8. Dear Peppi

    L'ewwel net nixtieq nejdlek proset ta dawn il-blogs li ed tikteb!. Lewwel darba li ed naqrahhom u vera inbidlitli il fema fuqek!. Nispera li ma tihux alik imma qabel ma qrajt dawn il blogs ghalija kont dak ir ragel injorant fuq it-TV li ma jafx jaqra isem ta prodott ki qied jigi reklamat fuq Il-program tieghu!. Imma milli qrajt indunajt li kont sejjer zbal hafna!. Haga wahda ma naqbilx ma dan l'artiklu!. Dak li edt ki fl'skola it-tfal ghandom ikollom stejjer dwar gays min ckunitom!. Jien ghandi tifel ta 3 snien u nemmen li kiku isir kif qied tejd jithawwad u mux ftit!. Gbax tfal zghar sempliciment jaraw cartoons ikunu iridu jemitawh ahseb u ara haga li qed taqralom jew tejdilom it-teacher!. Keep it up Pep u niskuza ruhi ta' l'ewwel impresjoni li hadt tijek!.

    Joshua Attard

    P.S: toqodx tinhela tidbaqbaq ma partitarji iffissati ghax mahhom qadt mu ha tihu ir ragun sakem ma tkunx l'alla taghom Muscat jew Gonzi!

    ReplyDelete